Min jista’ japplika.

Il-Programm huwa miftuħ għall-parteċipazzjoni tal-kategoriji kollha ta’ operaturi kulturali,
safejn l-organizzazzjonijiet jaġixxu f’kapaċità mhux ta’ profitt. L-applikanti jridu juru li ilhom irreġistrati għal mhux inqas minn sentejn u li għandhom status legali f’pajjiż li qed jipparteċipa fil-programm.

Industriji u attivitajiet kulturali awdjoviżivi (inklużi festivals tal-films), diġà koperti mill-Programm MEDIA, mhumiex eliġibbli taħt il-Programm Kulturali.

Madankollu, organizzazzjonijiet li għandhom l-attività ewlenija tagħhom fis-settur awdjoviżiv u li jaġixxu f’kapaċità mhux ta’ profit huma eliġibbli taħt linja 2 tal-Programm Kulturali, kategorija “Netwerks”, minħabba li ma jeżistix tali appoġġ taħt il-Programm MEDIA.

Għal aktar informazzjoni: Programm Kultura

Kalendarju

Dwarna
Il-Cultural Contact Point (Malta) jassisti lil organizzazzjonijiet u ndividwi Maltin li jixtiequ jsiru jafu aktar dwar il-fondi tal-Programm Kultura.

Kif nistgħu ngħinuk
il programm kultura
Il-Programm Kultura jiffinanzja diversi inizjattivi artistiċi li jsaħħu l-wirt kulturali komuni tal-pajjiżi Ewropej.

Sir af aktar.
ahbarijiet
Kun af x'opportunitajiet u riżorsi jeżistu għal artisti u organizzazzjonijiet Maltin u Għawdxin u l-aħħar aħbarijiet minn madwar l-Ewropa.

Aġġornamenti regolari hawnhekk.